Maria Tal-Fjuri, fuq il-profil tagħha infurmat lil kulħadd dwar il-farfett tas-sardinell u milli jidher jaffetwa wkoll lis-stella maris. Dawk dilletanti tal-pjanti u forsi għandhom xi sardinell jew stella maris għandhom joqogħdu attenti.
Kif tinduna li pjanta ġiet attakata. Maria turi ritratti ta’ kif jidher il-famuż farfett tas-sardinell u wkoll is-sinjali li int għandek tfittex. Jekk għandek xi toqod suwed, dan ifisser li l-pjanta ġiet attakata.
Biex jirnexxielek tfejjaq din il-pjanta għandek bżonn taqta’ minn taħt l-aħħar toqba. Waqt li qed tagħmel dan, taf issib ukoll il-famuż farfett li jkun għamel dik il-ħsara.
Facebook / Maria Tal-Fjuri