Il-lejl li għadda sfortunatament ħalliena anzjan ieħor kawża tal-Covid-19 fl-isptar Mater Dei. Dan huwa t-22 vittma u s-seba’ mewt fi tmient ijiem relatat mal-pandemija.
L-anzjan kellu 98 sena u rriżulta pożittiv għall-virus fis-6 ta’ Settembru. Dan jibqa’ jikkonferma kemm it-tieni mewġa hi aktar b’saħħitha mill-ewwel waħda.