“Ħolma Oħra Li Saret Realtà!” – Fuq Xiex Qed Titkellem Doriana Portelli?

Doriana Portelli nafuha lkoll bħala attriċi iżda dan l-aħħar rajnieha wkoll fil-programmi sportivi, fosthom dawk tal-EURO 2020. Jidher li lbieraħ kienet ġurnata speċjali għaliha għax ingħatat opportunità ġdida.





Doriana kitbet, “Ħolma oħra li saret realtà! L-Aħbarijiet Sportivi għall-ewwel darba fuq l-Istazzjon Nazzjonali Television Malta. Grazzi lil Norma M Saliba u Peter Cossai tal-fiduċja li urew fija, kif ukoll lill-familja sabiħa ta’ TVM Sport li laqgħuni sa mill-ewwel ġurnata. Minn qalbi nirringrazzjakom tar-rispons pożittiv li qegħda nirċievi minn għandkom.”

Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Doriana l-isbaħ xewqat. Nafu fiċ-ċert li qed taqta’ figura tajba. Awguri.



Facebook / Doriana Portelli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI