Għada, is-Sibt 10 ta’ Ottubru wieħed ħa jkun jista’ jesperjenza kunċert live b’differenza. Din id-darba minħabba s-sitwazzjoni tal-Covid-19, il-kunċert ħa jkun permezz ta’ drive-in. Biex wieħed ikun jista’ jattendi għal dan il-kunċert irrid iżur is-sit ta’ Festivals Malta billi jidħol HAWN.
Tista’ tirriserva l-post tiegħek b’xejn għal wirjiet fl-20:30 u 22:30. Sfortunatament l-ewwel kunċert ġa hu mimli imma dak li jkun jista’ jibbukkja għat-tieni kunċert li hu dak tal-22:30. Tajjeb li tkunu tafu li qed jittieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex tiġi żgurata s-saħħa u s-sigurtà ta’ kull min ħa jattendi, tal-kast u kull min hu involut.
It-temperatura se tittieħed fid-daħla. Kull min jiġi għandu jibqa’ bilqiegħda fil-karozza tiegħu matul il-prestazzjoni. L-ispazji tal-karozzi għal dawn il-prestazzjonijiet huma limitati.