Madonna se tkun qed ittemm it-tour tagħha ta’ suċċess kbir The Celebration Tour fil-Brażil, fil-Bajja ta’ Copacabana. Dan il-kunċert se jkun bla ħlas u ma kien meħtieġ l-ebda biljett.
Minflok in-nies tħallew jidħlu fuq bażi ta’ first come first served. Minħabba dan, in-nies ilhom kważi tlett ijiem fil-kju.
Madonna dehret tagħmel provi għal dawn l-aħħar jiem, fejn dehret f’verżjonijiet differenti tal-kostumi ikoniċi tagħha b’kuluri Brażiljani.
Dan il-kunċert ta’ lejla waħda se jiġġenera madwar 53 miljun ewro lejn il-Brażil, li huwa d-doppju ta’ kemm iġġenerat Taylor Swift bl-Eras Tour f’daqqa.
The Celebration Tour kellu 80 kunċerti sold-out madwar id-dinja.