Peppi Azzopardi Jiżvela L-Erba' Kelmiet Li Ħarbex Lill-Maħbuba Ta' Ħajtu – X'Qallha Eżatt?

F’jum San Valentinu kulħadd iħossu xi ftit aktar romantiku mis-soltu u forsi dak li jkun jagħmel sforz biex juri dik l-imħabba lil dawk l-aktar għeżież għalih. Il-preżentatur lokali Peppi Azzopardi, li hu wkoll kittieb mill-aqwa, f’dan il-jum speċjali ħarbex erba’ kelmiet mill-isbaħ lil martu Mandy biex juriha xi tfisser għalih.





Aħna ħa nħalli l-erba’ kelmiet li ħarbex Peppi jitkellmu għalihom, ninsabu ċerti li ħa tapprezzawhom!

Għażiża Mandy,

Ilni biex nipprova nifhem

għaliex s’issa qatt ma fhimt

illi kif naħseb fl-imħabba

f’dik l-imħabba jkun hemm int.

Ilni biex nipprova nifhem

għala hekk kif naħseb fik

inkun nixtieq ngħid lid-dinja

x’għandi f’qalbi, x’għandi bik.

Facebook / Peppi Azzopardi



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI