Il-paġna ta’ Puttinu Cares taqsam mument sabiħ fejn, Josh Gad, li huwa magħruf għal vuċi ta’ Olaf minn Frozen għamel żjara speċjali
“Għamilna mument tassew memorabbli meta Josh Gad, il-vuċi maħbuba ta’ Olaf mill-Frozen, żar b’mod speċjali l-Kamra Rainbow! L-entużjażmu u l-ġentilezza tiegħu dawwlu l-kamra u ġabu ftit mill-maġija ta’ Disney għal dawn iż-żgħar li huma tant kuraġġużi. Grazzi Josh! It-tfal kienu verament eċċitati bil-viżta tiegħek… Mument li se jibqgħu jiftakruh għal dejjem!”
Kien mument li wera kemm ġesti bħal dawn jistgħu jagħmlu differenza kbira fil-qalb ta’ tifel jew tifla li għaddejjin minn żminijiet iebsa.
Ritratti: Instagram / Josh Gad