Bosta żgħażagħ qed jidhru jinteressaw ruħhom sew fil-politika Maltija hekk kif rajna ammont kbir ta’ żgħażagħ eletti fl-elezzjonijiet tal-kunsilli lokali. Dan l-interess minn età tant żgħira huwa fattur ċar ta’ kemm huma dedikati dawn in-nies hekk kif waqt żmien tant kruċjali fl-istudju tagħhom iddeċidew li jagħtu kontributt mill-qalb lis-soċjetà.
Fost dawn il-ħafna żgħażagħ insibu lil Gabriel Borg Ferrando li ġie elett bħala kunsillier fil-lokalità ta’ San Ġiljan. Insibu wkoll lil Simona Refalo li fl-età ta’ dsatax-il sena rnexxielha tilħaq sindku tax-Xewkija. Fosthom Insibu wkoll lil Nina Briffa li ta’ sittax-il sena wkoll ġiet eletta bħala kunsilliera fil-lokalità tal-Qrendi.
Awguri minn qalbna lil dawn iż-żgħażagħ li tassew iservu bħala spirazzjoni għal żgħażagħ oħrajn!
Facebook/Gabriel Borg Ferrando