Ir-Radisson Blu Resort Hotel ikkanċellat avveniment ta’ dan il-weeked. L-organizzaturi qalu li dan seħħ minħabba li hemm żieda fil-pressjoni tal-midja wara li każ pożittiv Covid-19 instab li attenda avveniment ieħor ospitat fil-lukanda .
Ilbieraħ, pazjent ġdid tal-COVID-19 ġie rrappurtat u aktar tard ġie żvelat li attenda party fir-Radisson Blu Resort Hotel f’San Ġiljan il-weekend li għadda. Illum ġew irrappurtati 6 każijiet tal-COVID-19 ġodda, kollha relatati mal-party li seħħ.

Il-lukanda kellha l-għan li tagħmel avveniment ieħor simili matul dan il-weekend; madankollu l-organizzaturi tal-imsemmi avveniment ħabbru fil-paġni tal-midja soċjali tagħhom li s-sidien tal-lukandi għarrfuhom li, minħabba l-aħbarijiet tal-aħħar jumejn, ma kinux ċerti jekk humiex se jagħmlu l-avveniment.
“Is-sidien tal-lukandi infurmawna li minħabba żieda fi pressjoni fil-midja mhumiex ċerti dwar jekk hux se jseħħ dan l-avveniment,” l-organizzaturi kitbu fuq Facebook. Ftit wara, l-organizzaturi kkonfermaw li l-avveniment fil-lukanda ġie kkanċellat.

“Hija daqqa ta’ ħarta meta wieħed iqis il-miżuri tas-sigurtà kollha li għamilna,” qalu.