"Xi Jtaffi Ż-Żmien? Li Rajt Lil Ibni Għaddej Minn Kalvarju Filwaqt Li Kien Fil-Fjur Ta’ Ħajtu?" – Missier Jerome Frendo

Tliet snin ilu llum, Jerome Frendo ħalla lil din id-dinja ta’ 20 sena wara battalja mal-kanċer. Jum qabel l-anniversarju tal-mewt tiegħu, missieru Kenneth kiteb messaġġ fuq Facebook li jaqsam xi ħsibijiet waqt li jiftakar l-aħħar lejl li qatta’ ma’ ibnu l-isptar.

Missier Jerome, Kenneth jitkellem dwar it-telfa ta’ ibnu bl-aktar mod personali. Dwar il-proċess u l-weġgħa ta’ din it-telfa li jgħaddi kemm jgħaddi żmien tibqa’ tinħass. Tinħass sforz l-imħabba li kellu lejn ibnu.





Hu jsemmi r-reliġjon u l-fidi, “ċertament li l-fidi kellha s-sehem taghha, iżda l-uniku sehem kien li tatni – l-ewwel nett – is-saħħa u l-kuraġġ biex nibqa’ sod quddiem realtà li taħt l-ebda sema mhi naturali.”

Hu jagħlaq bil-kliem, “nemmen b’saħħa li lil Jerome ħaditu n-natura iżda sab lil Ġesù Kristu, li nemmen fih, jilqgħu fi ħdanu u jpattilu għat-tbatija kiefra li kellu jaffaċċja f’din id-dinja! Kompli hu ħsiebna minn hemm fuq sabiħ tagħna. Aħna nibqgħu nħobbuk għal dejjem.”



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI