Is-Servizzi Ta’ Transport Malta Jibqgħu Sospiżi Minħabba Problemi Tekniċi

Is-servers u s-sistemi li topera bihom Transport Malta għandhom xi problemi tekniċi, u għalissa ser jibqgħu sospiżi. Dawn il-problemi ġew ikaratteriżżati minn cyber-attack li seħħ bejn il-lejl tal-Ġimgħa 25 ta’ Settembru u s-Sibt 26 ta’ Settembru. Fuq kitba fil-paġna ta’ Transport Malta qalu, “Mal-ewwel indikazzjoni ta’ dan, l-esperti tekniċi tal-Awtorità ġew informati u ntalbet ukoll l-assistenza tal-Pulizija”.

Transport Malta avżaw li bħalissa għaddejja inkjeta maġisterjali biex tistabbilixxi l-fatti kollha. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI