Iż-żmien iġib progress ngħidu, u kultant irridu nammettu, li forsi l-kontra wkoll. Bosta gruppi fuq facebook spiss itellgħu ritratti antiki ta’ kif kienet Malta u kif inbidlet matul is-snin.
Fil-grupp Malta qabel it-tieni gwerra, Francis Mifsud tella’ dan ir-ritratt pittoresk ta’ kif kienet id-daħla tal-Pietà max-xatt.
Tidher ukoll il-kamra għad-dgħajjes (boat house) li qabel ma llum saret ristorant, kienet tintuża biex jistkennu ż-żwiemel fiha mill-qilla tax-xemx fis-sajf Malti.

Ritratt: Facebook/ Malta qabel it-tieni gwerra dinjija
Tidher ukoll il-parti fejn illum hemm it-triq li twasslek għall-Furjana u mbagħad għall-Belt Valletta. Kos hux, min jaf kif se tkun Malta fil-futur?!
Ritratt: Facebook/ Malta before WWII – Malta qabel it-tieni gwerra.