Bosta Kantanti Maltin Ingħaqdu Flimkien Għal…

Fuq il-paġna uffiċjali ta’ Facebook tagħhom, l-organizzazjoni bl-isem ta’ Simon Schembri Blue Light Foundation ħabbret li l-ġimgħa d-dieħla se jkun qed jiġi żvelat proġett mużikali li għalih ikkollaboraw bosta kantanti Maltin.

“Din il-ġimgħa: l-edituri tal-vidjow mużikali se jkunu qed japplikaw l-aħħar bidliet għal proġett speċjali li se jiġi żvelat is-Sibt li ġej 15 ta’ Frar.”





L-organizzazzjoni iddeskriviet dan il-proġett bħala “Innu li għandu l-firma tat-talenti mużikali ta’ Paul Giordimaina u l-pinna ta’ Fleur Balzan bil-kollaborazzjoni speċjali minn uħud mill-aqwa vokali lokali bħal J Anvil, Corazon Mizzi, Mike Spiteri, Eleonor Cassar u Glen Vella. Dan kollu b’risq il-kawża tagħna.”

Facebook/Simon Schembri Blue Light Foundation



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI