L-avukati ta’ Scarlett Johansson qed jitolbu li l-OpenAI tiżvela kif żviluppat vuċi ta’ assistent personali tal-AI li l-attriċi tgħid li tinstema’ qisu tagħha stess.
It-tim legali ta’ Johansson bagħat lil OpenAI żewġ ittri fejn talbu lill-kumpanija biex tagħti dettalji dwar il-proċess li bih żviluppat vuċi li l-kumpanija tat-teknoloġija jissejjaħ ‘Sky’. Johansson qalet li disa’ xhur ilu l-Kap Eżekuttiv tal-OpenAI Sam Altman avviċinaha u pproponilha li tippermetti li l-vuċi tagħha tiġi liċenzjata għall-assistent tal-vuċi ChatGPT il-ġdid.
“Wara ħafna konsiderazzjoni u għal raġunijiet personali, irrifjutajt l-offerta,” kitnet Johansson.
Jumejn biss qabel ma ġie żvelat il-ChatGPT il-ġdid, Altman reġa’ laħaq lit-tim ta’ Johansson, u ħeġġeġ lill-attriċi biex tikkunsidra mill-ġdid. Il-kumpanija xorta użat il-vuċi ta’ Scarlett mingħajr permess, minkejja li huma qed jiċħdu x-xebh tal-vuċi.