Il-preżentatur Keith Demicoli kellu l-unur li jagħmel l-intervista fil-jum meta l-E.T. Myriam Spiteri Debono nħatret bħala l-11-il President tar-Repubblika. Keit hkellu ħafna mistoqsijiet x’jistaqsi lill-President u hi tkellmet b’tant passjoni, onestà, professjonalità u trasparenza.
Keith qasam fuq il-profil tiegħu parti mill-intervista fejn il-President tgħid dwar l-għanijiet tagħha f’dan l-irwol ġdid. Keith jistaqsi, “Isma’ x’tixtieq Dr Myriam Spiteri Debono minn din il-Presidenza. Inti x’tixtieq?” Meta staqsieha l-President wieġbet, “Jien nixtieq li din tkun il-presidenza tan-nies, li n-nies iħossu il-presidenza hi tagħhom, u li qiegħda hemm għalihom.”
Apparti minn hekk tgħid, “Qed nhewden f’moħħi, u naħseb, kif nista’ forsi… kordinament… inkun eqreb lejn it-tfal, inkun eqreb lejn iż-żgħażagħ, għax huma l-ġenerazzjoni…” Segwi hawn taħt:
View this post on Instagram