Diversi posts fuq il-mezzi soċjali qed juru s-sogħba tagħhom għall-mewta ta’ Joseph Farrugia. Infatti ħafna jinsabu maħsuda u esprimew dan is-sentiment fuq Facebook.
Chris kiteb, “Ma nistax nemmen kif ħallejtna daqshekk malajr. Strieħ fis-sliem ħabib.”
Pierre Lauri kiteb, “Ixxukkjat għal kollox… ma nistax nemmen li rajtek biss il-ġimgħa li għaddiet u ppjanajna li niltaqgħu. Persuna tant sabiħa li tieħu ħsieb u dejjem lest biex jgħin. Se nimmissjak Joseph Farrugia. Strieħ fil-paċi ħabib.”
Aħna f’isem Gwida.mt, ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari u l-ħbieb kollha tiegħu. Strieħ fis-sliem.
Facebook / Joseph Farrugia