“Meta Tara L-Ammont Ta’ Mħabba Li Għandhom Għal Binhom, Tirrealizza Li hawn L-Anġli Fostna” – Kevin Borg

Kevin Borg irrakkonta l-esperjenza mill-isbaħ li kellu lbieraħ ma’ Lennon John u l-familja tiegħu meta marru jieklu flimkien u faħħar lil dawn in-nies bl-aktar kliem sabiħ.

“Ilbieraħ konna mistiedna nmorru nieklu ma’ din il-familja sabiħa ta’ Pamela u Nick f’Għawdex u kellna ċ-ċans li nqattgħu ftit ħin ma’ Lennon li huwa bniedem meraviljuż,” hu kiteb.

“Meta tara l-ammont illimitat ta’ mħabba li dawn in-nies għandhom għal binhom, tibda tirrealizza li l-anġli fil-fatt qed jgħixu fostna hawn fid-dinja u żgur li huma 2 minnhom !! Grazzi ħafna għall-ikla mill-isbaħ Pam u Nick.”





Facebook/Kevin Borg



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI