Aktar aħbarijiet sbieħ! Jidher li simili bħal jiem li għaddew, f’dawn l-aħħar 24 siegħa reġa’ ma nstab l-ebda każ pożittiv tal-Covid-19 f’Malta. Għalkemm il-paġna ta’ Gerald Fenech Covid19 News Updates ħabbret dan, fl-istess ħin ma ġiex żvelat jekk m’hemmx xi nies li ġew rikoverati.
S’issa n-numru ta’ każijiet attivi huwa vera baxx, imma xorta huwa tajjeb li wieħed joqgħod attent, speċjalment issa li fetaħ l-ajruport.