L-Alpaca Li Nqatlet Wara Li Rriżultat Pożittiv Għal Marda Kerha – L-Istorja Ta' Geronimo Taqsam Il-Qlub Ta' Ħafna

Fl-Ingilterra alpaca bl-isem ta’ Geronimo darbtejn ittestjat pożittiv għat-tuberkulożi bovina, u d-Dipartiment tal-Ikel, l-Ambjent u l-Affarijiet Rurali (Defra) ordna li tiġi ewtanizzata.

Is-sid Helen Macdonald ikkontestat r-riżultati u għamlet diversi sfidi mal-qorti biex issalvaha.  “Jiena assolutament diżgustata b’dan il-gvern. Dawn huma azzjonijiet barbari. Hu diżunur,” qalet is-Sinjura Macdonald, li żiedet li ma rċeviet l-ebda twissija. L-istaff ta’ Defra liebes ilbies protettiv, nuċċalijiet u maskri, akkumpanjati mill-pulizija, waslu fir-razzett tagħha f’Wickwar, ħdejn Bristol, għall-ħabta tal-11: 00 u wasslu lil Geronimo biex tinqered permezz tal-ewtanasja, bix-xena mxandra fuq live feed onlajn.





Kelliem ikkonferma li l-mandat ta’ qtil twettaq wara li Geronimo ittieħed minn fejn jgħammar u tgħabba ġo karru, li mbagħad ħalla l-post taħt skorta tal-pulizija, b’numru ta’ dimostranti jaraw.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI