Destiny għadha kif lestiet il-wirja tagħha qabel il-finali tal-ġurija llejla! Il-prestazzjoni tagħha u ta’ Malta niżlet għasel mal-ġurnalisti barranin tant li bdew jistaqsu li kieku pajjiżna jirbaħ fejn jista’ jsir il-Eurovision Song Contest.
Ovvjament, inżommu saqajna mal-art għax kif jgħidu t-tiġrija sal-barkun. L-ewwel pajjiżna jrid jikkwalifika għall-finali, imbagħad jekk dan isir, pajjiżna jkun qed jikkompeti ma’ 25 finalist ieħor. Fosthom tnejn mill-favoriti nett, l-Italja u Franza li bħalissa jinsabu eżattament qabel Malta mad-djar tal-imħatri.
It-tim ta’ Malta sema’ mill-kritika kollha li għaddew il-Maltin, biddlu l-boots għal wieħed metallic u bidlu l-libsa li fiha inkorportaw l-elementi l-aktar li niżlu tajjeb fiż-żewġ ilbies ta’ qabel. Destiny tat wirja tajba iżda nistennew li dik tal-lejla tkun aħjar, hu normali li artist iżomm kemxejn lura fil-wirja tal-lum wara nofsinhar biex joħroġ kollox illejla.
Prosit Destiny! Prosit Malta!