Bil-Filmat: "It-Tfal Huma Rigal Mhux Dritt" – Miram U Michael Jitkellmu Fuq Il-Weġgħa Tagħhom

Il-paġna FEJN HU ĦUK? Parroċċa San Ġorġ tar-Rabat, Għawdex qasmet filmat tassew li jmisslek qalbek! Michael u Miriam jitkellmu dwar il-fatt li ma setax ikollhom tfal u mill-episodji li għaddew minnhom.

Miriam hija għalliema filwaqt li Michael huwa tabib. Miriam tgħid, “Kont ngħallem it-tfal kuljum u naf li ma jistax ikolli tfal. U r-raġel tabib u jrid iwelled it-tfal ta’ ħaddieħor u jara lill-kollegi sħabu kollha bil-familji bit-tfal. Kienet diffiċli ħafna għalina.”

Il-koppja jitkellmu dwar il-fatt li huma kienu l-ewwel li żżewġu u kemm-il darba spiċċaw kellhom iwieġbu mistoqsijiet ta’ meta ġejjin it-tfal. Huma jitkellmu id-darbtejn li għaddew mit-trattament tal-IVF u r-raġuni għala ma għamluhx għat-tielet darba.

Il-koppja tistqarr li għamlet din l-intervista sabiex jagħmlu kuraġġ lill-koppji oħra li għaddejjin minn sitwazzjonijiet simili. Kulħadd għandu t-triq tiegħu fil-ħajja u importanti li wieħed jagħraf x’inhi! Araw x’kellhom jgħidu hawn taħt!





Facebook / FEJN HU ĦUK? Parroċċa San Ġorġ



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI