Għas-sitt ġurnata konsekuttiva llum mistenni li ma jkun hemm l-ebda każijiet ġodda ta’ Covid-19. Dan ġie mħabbar fuq il-paġna ta’ Gerald Fenech li ta’ kuljum iżomm l-utenti tiegħu aġġornati bl-aħħar żvilluppi fuq il-pandemija.
Jidher ċar li t-trażmissjoni lokali fil-komunità spiċċat. S’issa f’Malta għandna biss 5 każijiet attivi. Hu ferm importanti li f’dan l-istudju nibqgħu nsegwu l-miżuri kollha, nilbsu l-maskri jew visors fejn hemm bżonn u nirrispettaw id-distanza soċjali.
Ir-riżultat uffiċjali jitħabbar aktar tard wara nofsinhar fuq il-paġna Saħħa.