Il-Kantant Lawrence Gray esprima d-dieqa tiegħu fuq facebook, hekk kif dalgħodu sebaħ b’aħbar xejn sabiħa; it-telfa tal-għażiż ziju Pawlu.
“Strieħ fis-sliem ziju Pawlu, qatt mhu se tkun minsi u se tgħix għal dejjem ġo qalbna…”, kiteb Lawrence.
B’emozzjoni miktuba, qallu biex jiltaqa’ mal-għeżież tiegħu li diġà ħallew din id-dinja qablu u li għaddew għall-ħajja ta’ dejjem fejn m’hemmx uġigħ u sofferenzi imma ferħ.
Insellmu l-memorja taz-ziju tiegħek Pawlu. Kuraġġ Lawrence filwaqt li nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari kollha!
Ritratt: Facebook/ Lawrence Gray