Danita ta’ One Chick and a Yorki qasmet kelmtejn importanti fuq il-Facebook dwar is-soċjetà u l-irwol tal-omm.
“Kif tieħu l-promotion ta OMM, int tinbidel u qisu s-soċjetà tinbidel miegħek. Is-soċjetà tal- lum tippretendik tibqa’ tidher perfetta, tibqa Irqieqa u jekk jista jkun dejjem issettjata. “Kemm baqat iżżomma!” Dejjem aħjar milli tisma,”kemm intelqet!” kitbet hi.
“mma meta tgħaddi min din l-esperjenza tal- ġenn, int biss tkun taf kif qiegħda tħossok, kemm ser iddum biex tiġi f’tiegħek, u kemm int lesta li tqum filgħodu tbiddel u tirranġa ruħek! Moħħok ikun biss fuq dik it-tarbija li għadek kemm wellit, dik it tarbija li tiddependi minnek. Mhux kulħadd jgħaddi min l-istess esperjenzi wara t-tqala u mhux kulħadd hu l-istess!”
Hi temmet tgħid li għandu jkun hemm rispett lill-ommijiet kollha u li wieħed għandu joffri appoġġ mhux ġudizzji
Facebook/One Chick and a Yorkie