"Illum Bi Pjaċir U Entużjażmu Ġdid, Nitla' Tarġa Oħra Fil-Karriera Tiegħi" – Celaine Buhagiar Bugeja

Lil Celaine ħafna jafuha bħala żeffiena, iżda dawk li jsegwu x-xena lokali jafu li hi wkoll il-moħħ wara numru ta’ programmi. Ftit tal-ħin ilu, fuq il-profil ta’ Facebook tagħha hi qasmet aħbar mill-isbaħ.

Hi kitbet, “U wara diversi snin bħala producer kif ukoll kap tal-programmi ta’ Campus FM illum bi pjaċir u entużjażmu ġdid, nitla’ tarħa oħra fil-karriera tiegħi fuq ir-radju, dik ta’ Station Manager għal Campus FM, ir-radju ta’ l-Università ta’ Malta.”





Ma setax jonqos milli tagħmel xi ringrazzjamenti, hi kompliet tikteb, “Nirringrazzja lil Bord tad-Diretturi li qed jafdawli f’idejja t-tmexxija għas-snin li ġejjin, kif ukoll lil dawk li kienu qabli fit-tmun tal-istazzjon fejn jien ħdimt magħhom u mingħajr dubju tgħallimt minn għandhom.”

Taqsam ħsieb mill-isbaħ meta tgħid, “Qatt ma tista’ tinsa minn fejn bdejt u Campus FM sa minn meta kont studenta nipprepara biex niggradwa, tani ħafna opportunitajiet li żgur imorru lil hinn minn sempliċiment produzzjonijiet ta’ programmi.”



Is-sabiħ hu li titgħallem minn ta’ qablek, “Ħdimt ma’ veterani f’ dan il-qasam li ċertament ħallew marka pożittiva fuqi f’diversi aspetti marbuta mal-media. Mingħajr dawn in-nies li xi darba jew oħra emmnu fija żgur li waħdi ma kontx nasal.”

Hi tispiċċa l-messaġġ tagħha billi tistqarr, “Grazzi lil kollegi tiegħi u l-kontributuri li flimkien magħhom se nkompli naħdem għal ġid tal-istazzjon, kif ukoll lil dawk qrib tiegħi li qed jagħtuni s-support biex naffaċċja din l-isfida l-ġdida!”

JJ Chircop – Facebook / Celaine Buhagiar Bugeja 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI