Joe Demicoli U Martu Sonia Jsiru Nanniet Għall-Ewwel Darba – Ferħ Kbir Fil-Familja Demicoli!

Ninsabu ċerti li din hija waħda mill-isbaħ u l-aktar promozzjonijiet sinifikanti li qatt kellu Joe Demicoli fil-ħajja personali tiegħu. Ftit tal-ħin ilu, fuq il-mezzi soċjali tiegħu, ħabbar b’ferħ kbir li sar nannu għall-ewwel darba – mument li żgur se jibqa’ mnaqqax fil-memorja tiegħu u ta’ martu Sonia.





Minn issa ‘l quddiem, nistgħu nsejħulu bl-isem ġdid tiegħu, in-Nannu Jo! Jidher li ċ-ċkejken Joel twieled dalgħodu kmieni u Joe mill-ewwel qasam l-aħbar mas-segwaċi numerużitiegħu. B’din il-miġja sabiħa, il-familja ta’ Joe bdiet kapitlu ġdid u speċjali immens. Awguri mill-qalb lill-ġenituri, lin-nannu Jo u martu Sonia, u lill-familja kollha – mument ta’ ferħ li żgur għandu jitgawda kif jixraqlu.

Vjaġġ mill-isbaħ li żgur se jipprovaw igawduh bl-aħjar mod possibbli. 



Facebook / Joe Demicoli

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI