Ritratt li ġibed l-attenzjoni ta’ bosta kien ta’ pulizija li dalgħodu f’dik ix-xita spiċċa jżomm l-umbrella u jwassal lit-tfal tal-iskola mill-karozza tal-ġenituri tagħħhom għal ġol-iskola. Dan kien qed jagħmlu biex it-tfal sakemm jidħlu ma jsiru għasra peress li dalgħodu għamlet ħarba xita mhux ħażin.
Il-qalb tajba ta’ dal-pulizija ġiet innotata u kienu bosta li faħħru l-ġest mill-isbaħ ta’ dan il-pulzija. Sinjura minnhom kitbet, “Proset u grazzi tax-xogħol li tagħmlu għalina. Intkom ukoll għadlom familja. Napprezza ħafna.”
Aħna f’isem Gwida.mt, nirringrazzjaw lill-pulizija kollha tax-xogħol siewi li qed jagħmlu.