"Għelibna 100% Tad-Dijanjosi Medika, Kanċer, Operazzjonijiet, Mard…" – Lorinda Minn A Bird With A French Fry B'Messaġġ Ta' Ispirazzjoni

Lorinda mill-paġna A Bird With A French Fry tefgħet fuq il-profil tagħha ta’ Instagram dwar dak li għaddiet minnu flimkien ma’ binha tul dawn is-snin kollha. Huma raw ħafna ma’ wiċċhom, iżda irnexxielhom jgħaddu minnhom b’wiċċ il-ġid.

“Għelibna 100% tad-dijanjosi medika, kanċer, operazzjonijiet, mard, problemi finanzjarji, telf ta’ impjieg, pandemija u l-lista tibqa’ sejra – kollha. Serħu raskom, mhux mingħajr riperkussjonijiet psikoloġiċi…” Lorinda kitbet dan kollu biex turi li kien hemm mumenti, u ġieli jiġu, fejn tibda tħoss li diffiċli toħroġ rebbieħa. Madankollu, tgħallmet tkun soda. 

Lorinda tgħid li fejn hemm bżonn dejjem tfittex l-għajnuna u min jigwidaha, u qatt ma baqgħet weħidha fl-ispirtu. Tispiċċa billi tgħaddi parir lis-segwaċi u lill-pubbliku inġenerali biex meta jkunu għaddejjin minn mumenti iebsin, jibqgħu jissieltu. Permezz tal-esperjenza tagħha Lorinda trid turi li xejn mhu impossibbli, anke jekk jidher li hu. 

Prosit Lorinda u lil binha talli dejjem ikunu ta’ ispirazzjoni għal ta’ madwarhom!







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI