Wara Li Ġiet Mgħajra U Mogħtija Diversi Titli, Sarah Tippubblika Dawn Ir-Ritratti Biex Tagħti Lezzjoni!

Sarah Zerafa hi fost dawk in-nies li apparti l-kontenut professjonali u mill-isbaħ li tippubblika ta’ spiss, kemm-il darba xxerred anke xi tagħlima għal min għandu bżonn. Sarah tasal anke tuża esperjenza personali minn tagħha biex  tkun ta’ eżempju u ta’ kuraġġ. Hekk għamlet ftit ilu.

Sarah xerrdet ritratt tagħha mingħajr makeup eċċ ,bl-intenzjoni li tħeġġeġ lil ħaddieħor iħobb lilu nnifsu kif inhu, anke jekk jiġi mżeblaħ u mgħajjar. “Ġejt mgħajjra ‘SCARFACE’ u ħafna titli oħra minn kontenut tal-midja soċjali ma nafx kemm-il darba. Hawn hu l-eżempju għalik biex ma tistħix minn dak li int, irrelevanti kemm in-nies kapaċi jkunu kattivi.” 

Sarah tikteb fil-messaġġ li kulħadd  għandu jkun kburi u bid-dehra tiegħu u jħobb lilu nnifsu kif inhu. Tispiċċa billi tfaħħar lil kull min qed jaqra din il-post, u tgħidilhom li jidhru sbieħ u tal-ġenn. 

View this post on Instagram

A post shared by Sarah Zerafa (@sosazerafa)







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI