“Problemi Kbar Kieku Jkolli” – Frank Dwar Li Kieku Jaħdem Bħala Qassis

Fost il-ħafna diskussjonijiet li nisimgħu fuq ir-radju minn Nate, Frank u Valentina, Frank ħareġ bl-idea u saqsa lil Nate u Valentina dwar liem xogħlijiet jaħsbu li ma jkunux jinqalgħu għalihom.

Nate qal li ma jimmaġinax lilu nnifsu f’xogħol li jkollu jqum kmieni għalih jew f’xi call centre għax ma jħossux komdu jitkellem fuq telephone. Valentina qalet li taħseb li tkun tinqala’ għal kull tip ta’ xogħol, imma wara li ħadet żball f’sentenza bl-Ingliż malajr qatawha li tkun tajba f’kollox minnbarra għal għalliema tal-Ingliż.

Frank qal li ma jimmaġinax lilu nnifsu jkun qassis. Ir-raġuni li ta għal dan hija li għax hu jħobb ħafna l-gossip u wara li xi ħadd ikun mar biex iqerr għandu, Frank ma jkunx jiflaħ iżomm is-sigriet tal-qrar u jkollu jaqsam dak li qalulu ma’ xi ħadd.





Facebook / Nate, Frank & Rossi / Frank Zammit



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI