Fuq il-midja soċjali Henry Copperstone għadu kif qasam esperjenza xokkanti u li ħalietu diżappuntat għall-aħħar. Henry jgħid li ftit ilu mar ma’ sħabu biex jogħdsu bħal ma jħobbu jagħmlu, iżda l-ħerba li sabu, irrovinatilhom ġurnata Blue Lagoon.
Henry jgħid li malli wasal kien hemm xi persuni jittantaw biex in-nies jixtru xi deckchairs mingħandhom. Apparti minn hekk fuq ir-ramel ta’ Blue Lagoon, u malli niżel fl-ilma innota għadd esaġerat ta’ miżbla u affarijiet mormija. “Nara pineapples għall-ewwel taħsbu li kien bram tat-tip egg fried, imbagħad nara ieħor u assumejt li żgur kien hemm mija minn dawn f’wiċċ l-ilma madwar il-laguna, biex ma nsemmix l-ammont ta’ plastik u skart mormi fuq ir-ramel mill-isbaħ.”
Henry jappella biex in-nies ikunu aktar edukati u ċivilizzati kif ukoll jisħaq li għandu jsir xi ħaġa. Jispiċċa li l-awtoritajiet għandhom isibu kontrol ta’ din il-biċċa xogħol, għax “Il-Blue Lagoon ġie rrovinat u m’għadux attrazzjoni. Jinsab totalment mingħajr kontroll.”