B’niket dalgħodu d-djoċesi ta’ Għawdex ħabbret l-mewt ta’ Dun Ġorġ Vella. Hu kellu 85 sena u kien mill-Parroċċa tal-Qalb ta’ Ġesù ġewwa il-Fontana Għawdex. Hu kien ukoll għal bosta snin ta servizz fil-Parroċċa ta’ Marija Assunta ż-Żebbuġ.
Bosta nies, kemm Maltin u kif ukoll Għawdxin, urew in-niket tagħhom fil-post li ttellgħet fuq il-paġna tal-Facebook tad-Djoċesi ta’ Għawdex. “Agħtih, o Mulej, il-mistrieħ ta’ dejjem. Santa Marija, ilqgħu fi ħdanek,” kien miktub fil-post.
Aħna mit-tim ta’ Gwida nixtiequ nagħtu l-kondoljanzi lill-familjari kollha.
Facebook/Diocese of Gozo