Ġewwa ċ-Ċina il-liġi pprojbixxiet tfal taħt it-18-il sena milli jilagħbu logħob tal-kompjuter onlajn għal aktar minn tliet sigħat fil-ġimgħa.
Issa se jitħallew jilagħbu logħob online għal siegħa nhar ta’ Ġimgħa, tmiem il-ġimgħa u vaganzi. Ir-regoli ppubblikati mill-Amministrazzjoni Nazzjonali għall-Istampa u l-Pubblikazzjoni jiddeskrivu fil-qosor li jitħallew jilagħbu biss bejn it-8pm u d-9pm ħin lokali.
Iċ-Ċina ordnat lill-kumpaniji tal-logħob onlajn biex inaqqsu s-servizzi li jipprovdu lil gamers żgħażagħ, bil-ħsieb li jitrażżan dak li l-awtoritajiet iddeskrivew bħala “vizzju taż-żgħażagħ tal-logħob tal-kompjuter”.Se jsiru wkoll spezzjonijiet iktar intensivi biex jiżguraw li d-ditti qed isegwu r-restrizzjonijiet b’limiti ta’ żmien u sistemi kontra l-vizzju. Dan wara li ċ-Ċina rat li diversi tfal u żgħażagħ qed jitħallew mill-kustodji u ġenituri tagħhom iqattgħu ħin bl-addoċċ quddiem skrijn jilagħbu.
Indiatimes