Ġie żvelat li l-persuna li miet aktar kmieni dalgħodu f’nar traġiku fil-ħanut ġewwa l-Marsa kien se jiżżewweġ fil-ġimgħat li ġejjin. Il-paġna Ġaħan Online kitbet, “Maged Saad Malak Eshak inqabad fin-nirien li ħakmu l-ħanut tiegħu fi Triq Ħal Qormi fil-Marsa. Huwa kien se jiżżewweġ fil-ġimgħatejn li ġejjin.”
Jidher li ħu Maged Saad Malak Eshak ukoll kien tilef ħajtu kawża tan-nar, żgur li din hi kumbinazzjoni sfortunata mmens. F’isem it-tim ta’ Gwida.mt ngħaddu l-kondoljanzi tagħna lill-familjari tiegħu, lil sħabu u lill-klijenti tiegħu ukoll. Strieħ fis-sliem.
Facebook / Ġaħan Online