Kunċerti Kbar Qabel Il-Jiem Tal-Festa Ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq

Ftit jiem biss ’il bogħod mill-festa ta’ San Ġużepp f’Ħal Għaxaq u f’għeluq l-anniversarju tant speċjali tal-150 sena mit-twaqqif tal-Għaqda Mużikali San Ġużepp, it-taqsima fl-istess Għaqda, Għaxaq Music Events, għaddejja ġmielha bit-tħejjijiet tagħha għat-tliet kunċerti kbar li ser jittellgħu fil-qalba tal-istess raħal matul il-ġimgħa li ġejja.





Kollox jibda min-nhar il-Ġimgħa 17 ta’ Mejju bil-kantant Taljan Umberto Tozzi u ċ-ċelebrazzjonijiet ikomplu l-għada s-Sibt 18 ta’ Mejju b’kunċert mill-kantanta Amerikana Anastacia. Tajjeb ngħidu li min jixtieq jakkwista l-biljetti għal żoni partikolari jista’ jagħmel dan minn www.showshappening.com, però nfakkru li ser ikun hemm żoni oħra li ser ikunu miftuħin għall-pubbliku b’xejn mingħajr bżonn ta’ biljett. Għal dawn ser jintalbu biss donazzjonijiet b’risq Dar Bjorn.

Iżda dan mhux kollox! Ġimgħa wara, proprju nhar il-Ġimgħa 24 ta’ Mejju, ser jittella’ t-tielet kunċert li din id-darba ser ikun ibbażat fuq is-snin disgħin. Dan il-kunċert ukoll ser ilaqqa’ lill-udjenza preżenti ma’ artisti internazzjonali bħal Corona, Ice MC u Prezioso, flimkien ma’ artisti lokali. Dan il-kunċert huwa miftuħ għall-pubbliku mingħajr ħlas, ħlief jintalbu donazzjonijiet fl-entratura b’risq Dar Bjorn. Għal dawk li jixtiequ jkunu fil-VIP Area, jistgħu jakkwistaw il-biljett tagħhom minn www.showshappening.com.



Dawk kollha li ser jattendu jistgħu jagħmlu użu minn żoni ta’ parkeġġ li ser jinfetħu apposta qrib iż-żona li fiha ser jittellgħu l-kunċerti. Għal aktar informazzjoni u dettalji aġġornati minn ġurnata għal oħra, wieħed għandu jżur il-paġna ta’ Facebook Għaxaq Music Events.

Dan il-festival qiegħed jittella’ taħt il-patroċinju distint tal-Kunsill Malti għall-Arti u l-Awtorità Maltija tat-Turiżmu. 

Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI