Studju fl-Amerka wera li dawk it-trabi li jitwieldu meta ommhom tkun tlaqqmet kompletament kontra l-Covid-19, għandhom aktar protezzjoni għal kontra l-Covid-19.
Fil-fatt, dawn it-trabi għandhom 60% inqas ċans li jkollhom bżonn tal-isptar jekk ikunu pożittivi għall-Covid-19. Dan isir minħabba l-antibodies li tirċievi t-tarbija waqt it-tqala u anke mill-ħalib tas-sider wara li titwieled. Għalhekk huwa importanti li l-omm tkun imlaqqma kompletament kontra l-Covid-19 għax b’hekk, meta tkun qed tistenna tarbija tipproteġiha mis-severità ta’ dan il-virus.
Dan l-istudju segwa 379 tarbija sa ma għalqu sitt xhur minn Lulju tal-2021 sa Jannar ta’ din is-sena.