Jidher li t-tieni staġun ta’ X Factor Malta li ra lil Destiny tirbaħ, lil Justine Shorfid tiġi fit-tieni post u l-grupp F.A.I.T.H. jispiċċaw fit-tielet post ħoloq ukoll relazzjoni romantika. Il-grupp tal-Gwida kien ilu jinnota li żewġ kantanti qed iqattgħu ftit ħin mhux ħażin flimkien iżda qatt ma għamluha uffiċjali, qabel ilbieraħ!
Jidher li Chanelle Zarb mill-grupp F.A.I.T.H u James mid-dwett Yazmin&James, għalkemm ma rebħux il-premju ta’ X Factor Malta rebħu l-imħabba. Fuq il-midja soċjali, iż-żewġ kantanti qasmu ritratti tagħhom flimkien.
View this post on Instagram
Aħna nixtiequ minn qalbna nawguraw lil din il-koppja l-isbaħ xewqat! Nittamaw li ma ndumux ukoll ma nisimgħu xi ħaġa flimkien!
Facebook / X Factor Malta