Ser Issir Spettaklu Kbir Fil-Belt Valletta Bil-Miżuri Kollha Possibli

Jidher li għadd ta’ organiżżaturi qed ikollhom jaddattaw għall-pandemija. L-edizzjoni anwali ta’ din is-sena ‘Valletta Pageant of the Seas’ ser issr fis-16 t’Awwissu u ser jiġu osservati l-miżuri kollha. 

Il-Valletta Cultural Agency qalu li ser ikun hemm sinjali sabiex tinżamm id-distanza soċjali kif ukoll sanitizzaturi tal-idejn disponnbbil għal kulħadd. Il-pubbliku li ser jattendi hu mħeġġeġ sabiex jilbes maskra sabiex jipproteġi lilu nnifsu u lil ta’ madwaru. 

Dan l-ispettaklu ser jittella’ ġewwa l-Port il-kbir li ser tinkludi; regatta tan-nisa, rappreżentazzjoni b’60 dgħajsa mdawwla u logħob tan-nar. Liema spettaklu ser jixxandar b’mod dirett fuq l-istazzjon nazzjonali. 

Nawguraw l-organiżżaturi għal dan l-avveniment. 







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI