Il-paġna ta’ Facebook It-Temp Madwarna qasmet aħbar xejn sabiħa. Bħalissa, in-Nofsinhar tal-Ewropa u l-Afrika ta’ Fuqqegħdin jesperjenzaw is-sajjetti li sfortunatament wasslu għal inċident fatali fuq il-baħar.
Fis-sigħat bikrin ta’ dalgħodu għereq jott qrib il-kosta fit-Tramuntana ta’ Sqallija u ħalla raġel mejjet u sitt persuni neqsin.
“Rapporti fil-midja internazzjonali qalu li fuq il-jott ta’ 183 pied kien hemm 22 persuna, b’għaxar membri tal-ekwipaġġ u 12-il passiġġier, b’uħud Amerikani jew Kanadiżi. Dawn inqabdu f’maltempata qawwija u tromba tar-riħ meta kienu deħlin lejn il-kosta,” kitbet il-paġna.
Grazzi għall-membri tal-emerġenza li wieġbu għas-sejħa tal-kaptan, irnexxielhom jissalvaw 15-il persuna, fosthom tarbija ta’ sena!