L-eks plejer tal-futbol, David Carabott, illum jagħlaq 55 sena. Hu twieled f’Melbourne, l-Awstralja, nhar it-18 ta’ Mejju 1968.
Hu lagħab ma’ disa’ timijiet lokali u mat-tim nazzjonali Malti matul il-karriera tiegħu. It-timijiet li kien jilgħab magħhom huma Marsaxlokk FC, Hibernians FC, Valletta FC, Marsaxlokk FC, Għajnsielem FC, Msida St. Joseph FC, Sliema Wanderers FC, Għajnsielem FC, u Birżebbuġa Windmills.
Fost l-unuri li rebaħ, rebaħ il-kampjonat tal-league tliet darbiet (darbtejn ma’ Hibernians FC u darba ma’ Valletta), l-FA Trophy darbtejn (ma’ Hibernians FC u Valletta FC), il-Lowenbrau Cup darba (ma’ Valletta FC), is-Super Five Tournament darba (ma’ Valletta FC), l-MFA Centenary Cup darba (ma’ Valletta FC), u l-Gozo Football League darba (ma’ Għajnsielem FC).
Ingħata wkoll it-titlu ta’ Rothmans Footballer of the Month tliet darbiet.
Awguri, David!
Facebook / Malta and International Football Collection