Inħareġ avviż ta’ twissija mill-Kunsill Lokali tal-Mellieħa dwar raġel li għadu mhux magħruf, iħabbat il-bibien tan-nies.
I”l-Pulizija tal-Komunità tal-Mellieħa qed tirċievi ilmenti mingħand residenti dwar raġel ta’ età medja iħabbat il-bibien tad-djar u jitlob lill-inkwilini biex jixtru l-biljetti tal-lotterija. Din hija scam,” huma kitbu.
“Jekk tiġi nnutata xi attività suspettuża jekk jogħġbok informa lill-pulizija fuq 79603172 jew 22943601.”
Facebook/Mellieħa Local Council