Jidher Li Għandna Nistennew Ġurnata Rekord Għal Pajjiżna Fil-Ġlieda Tagħna Kontra L-Covid-19

Kollox jindika li llum ħa jkun jum rekord għal Malta. Skont l-aġġornament tal-paġna Gerald Fenech News Updates, il-Gżejjer Maltin m’għandhom jistennew l-ebda każ ġdid ta’ Covid-19 illum. Jekk dan huwa l-każ, din tkun il-ħames ġurnata konsekuttiva mingħajr każijiet ġodda – l-ewwel waħda għall-gżejjer.





Fl-istess post, Gerald Fenech jindika li hemm każ wieħed pożittiv, iżda din il-persuna kienet ġa nstabet pożittiva u hi waħda mill-ħames każijiet pożittivi li għandna f’pajjiżna. Iċ-ċifri uffiċjali jiġu ppubblikati mill-Awtorità tas-Saħħa aktar tard, iżda din hija indikazzjoni tajba ta’ x’għandna nistennew.



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI