Dorianne, bil-mod il-mod qed isir aktar u aktar familjari mat-telespettaturi lokali. Hija parti minn programm sportiv u xi ġimgħat ilu, aħna ta’ Gwida.mt tkellimna magħna wkoll l-avvenutra tagħha flimkien mal-Missio li wieħed jista’ jaqra HAWN.
Illum Dorianne qed tiċċelebra għeluq sninha u lbieraħ ħalliet messaġġ tassew ħelu fuq il-midja soċjali, “Għada nixjieħu sena oħra! Qed jippruvaw isabruni billi jgħiduli li bħall-inbid, nimmatura u allura nkun aħjar! Imma jien ma tantx nemminhom għax dan l-aħħar l-abjad f’xagħri kompla jiżdied u ġieli toħrog dik it-tikmixa ħelwa.”
Hi tkompli tgħid, “Nirringrazzja ‘l Alla li wasalt s’hawn! Esperjenzajt mumenti tal-bliegħ u rċivejt mħabba minn xeba nies b’qalb kbira. Nixtieq nitgħallem iktar, inkun aħjar, ingawdi u ngħannaq lill-familjari ma ndumx, nisponsorja l-edukazzjoni ta’ tifel ieħor maż-żewġ pupi li diġà nisponsorja li tant jagħmluni kuntenta, nerġa’ mmur l-Indja, inkun ta’ għajnuna għal xi ħadd,inħossni nqas nervuża u iktar kalma, ngħix u napprezza l-mument flok dejjem ninkwieta u nippjana għall-futur.”
Hi tagħlaq nilli tgħid, “Għada nisbaħ ‘ixjeh’, għada nipprova ngħixha aħjar! Ħudu grokk għalija!” Aħna f’isem it-tim ta’ Gwida.mt, nawguraw lil Dorianne l-isbaħ xewqat f’dan il-jum tant għażiż u nittamaw li x-xewqat li għandha f’qalbha jsiru realtà.
Facebook / Dorianne Mamo