Valentina, Davide U Pauline Se Jippreżentaw Il-Malta Eurovision Song Contest!

Il-Malta Eurovision Song Contest ta’ din is-sena se jkun wieħed tassew speċjali, hekk kif ġie żvelat li t-tmexxija tal-festival se tkun f’idejn tliet personalitajiet popolari u esperjenzati: Valentina Rossi, Davide Tucci u Pauline Agius.

Din l-aħbar ġiet imħabbra waqt il-programm Magic Drive fuq Magic FM minn Daniel u Ylenia, u ġabet reazzjonijiet pożittivi minn ħafna li ilhom isegwu dan l-avveniment prestiġġjuż.

Il-Malta Eurovision Song Contest se jsir fl-MFCC Ta’ Qali matul tlett iljieli spettakolari: fl-4, 6, u 8 ta’ Frar 2025. Il-festival se jkun okkażjoni importanti mhux biss għax jirrappreżenta l-għażla tal-kanzunetta Maltija għall-Eurovision, iżda wkoll għax joffri serata ta’ talent, mużika u spettaklu minn artisti lokali.

Il-biljetti għal dan l-avveniment huma diġà għall-bejgħ, u dawk li jixtiequ jkunu parti minn din l-esperjenza jistgħu jixtruhom online. Għal dawk li jippreferu jsegwu minn darhom, il-MESC se jkun imxandar fuq TVM u fuq pjattaformi online sabiex jilħaq udjenza akbar kemm lokalment kif ukoll barra minn Malta.

Il-MESC ilu snin jitqies bħala wieħed mill-aktar avvenimenti importanti fil-kalendarju kulturali Malti. Dan il-festival mhux biss joffri pjattaforma għall-artisti lokali biex jesponu t-talent tagħhom, iżda wkoll iħalli memorji sbieħ għall-parteċipanti u l-udjenza. Bi tliet preżentaturi ta’ kalibru għoli, il-MESC 2025 jidher li se jkun wieħed mill-aqwa edizzjonijiet ta’ dan l-avveniment prestiġjuż.

L-aspettattivi huma għoljin, u bħal dejjem, l-għażla tal-kanzunetta li se tirrappreżenta lil Malta fil-Eurovision hija waħda mill-mumenti ewlenin li kulħadd qed jistenna bil-ħerqa.







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI