Raġel ta’ 51 sena aktar kmieni waranofsinhar tressaq il-qorti wara li weġġa’ serjament kuntistabbli tal-pulizija li kien qiegħed jipprova jarrestah. L-akkużat kien qiegħed jhedded u jaġixxi b’mod aggressiv ma’ raġel ieħor u għaldaqstant issejħet il-pulizija.
Fil-każ li ġara nhar il-Ħadd intervjena pulizija ieħor u spiċċa weġġa’ saqajh ukoll. Ir-raġel ġie akkużat li aggredixxa, insulta u hedded tliet uffiċjali tal-pulizija u li weġġa’ lil wieħed minnhom b’mod gravi. L-agressur ġie mixli wkoll li kiser il-paċi pubblika.
Il-pulizija li ġie attakkat ġarrab ġrieħi serji fi rkopptejh u se jkun qed jieħu żmien twil biex jirkupra. L-akkużat ingħata bosta opportunitajiet mill-qorti biex jirriforma ruħu iżda jidher li baqa’ kif kien. Diversi persuni fuq il-midja soċjali anke uħud li għandhom qrabat pulizija rreaġixxew – “Meta kont żgħira jien lanqas konna nħarsu f’għajnejn il-pulizija, aħseb u ara nerfgħu idejna.”
Taħseb li hemm bżonn pieni aktar ħorox fuq vjolenza ta’ dat-tip?