Permezz ta’ kitba fuq il-paġna tagħhom fuq Facebook, Popolin qasmu mas-segwaċi tagħhom mistoqsija fejn qalu, “Għalfejn l-adulti qed ifittxu li jkollhom inqas tfal?” Qasmu wkoll parti minn intervista fejn fiha waħda mill-mistednin tkellmet dwar dan.
Hi bdiet billi qalet, “F’Malta wara 18-il ġmigħa nippretendu li l-omm lesta biex tmur lura għax-xogħol. Huwa fost l-anqas maternity leave li huwa qasir. Jekk għandna parental leave; daħħalna biss paid parental leave meta daħlet il-work-life balance directive u daħħalnih.”
Kompliet billi qalet, “Ma konniex ġenerużi fil-ħlas, kulma nagħtu xi 23 ewro lill-ġenituri. Stajna nkunu aktar ġenerużi biex inħajru aktar ġenituri jieħdu dan il-leave biex ma jkollhomx dak il-ġenn.”