Il-kantanta, attriċi u mudella lokali Michela Galea sellmet il-memorja ta’ Amy Winehouse fuq il-profil personali tagħha ta’ Facebook. Hi kitbet, “Disa’ snin ilu, tlifna waħda mill-akbar leġġendi l-mużika qatt rat. Strieħ fis-sliem Amy Winehouse. Dejjem f’qalbna.”
Winehouse mietet minn avvelenament bl-alkoħol fit-23 ta’ Lulju 2011, fl-età tenera ta’ 27. Wara l-mewt tagħha, Back to Black sar temporanjament l-aqwa album fir-Renju Unit tas-seklu 21 hekk kif tela’ fil-quċċata.