"Jeħtieġ Isir Studju Estensiv U Fid-Dettal Dwar Għaliex Koppji Żgħażagħ Maltin u Għawdxin F’Pajjiżna Qed Jagħżlu Li Jkollhom Anqas Tfal."

Il-preżentatur Kevin Mercieca għadu kif ippubblika kitba rigward ir-rata ta’ fertilità lokali kif ukoll riċerka dwar it-twelid u l-mewt f’pajjiżna. Kevin b’din il-kitba xtaq jispjega kif “il-kompożizzjoni tal-popolazzjoni hija ibbażata fuq żewġ karatteristiċi demografiċi importanti li huma l-eta’ u s-sess.”

Jidher li f’pajjiżna jitwieldu aktar subien milli bniet, u min-naħa l-oħra s-sess femminil jgħix aktar minn dak maskil. Dan il-kuntrast bejn ir-rata ta’ twelid u dak tal-imwiet jibbilanċja l-popolazzjoni. Kevin jikteb ukoll li dawk il-persuni li jkollhom livell għoli fl-edukazzjoni jkollhom ċansijiet tajba li jgħixu aktar. Fl-istess waqt dawn hemm ċans li jkollhom anqas tfal minħabba li t-tqala tittardja. 

Kevin iqabbel il-popolazzjoni f’Malta fl-1842, is-sena meta sar l-ewwel ċensiment u fl-2020, sena qabel isir l-aħħar ċensiment. Fil-fatt din is-sena, 2021, ser isir ċensiment ġdid. Il-preżentatur jikteb li fl-1842 kien hemm popolazzjoni ta’ 114,499 u fl-2020 kien hemm 516,100. Jidher li matul dan is-seklu, il-popolazzjoni f’Malta u Għawdex żdiedet bl-ammont ta’ persuni li ġew joqogħdu f’pajjiżna, dik li tissejjaħ migrazzjoni ekonomika. “Tajjeb wieħed jinnota wkoll li bejn l-1985 u l-2018, partikolarment bejn l-2013 u l-2018 in-numru ta’ barranin jgħixu u jaħdmu f’pajjiżna żdiedu sostanzjalment, b’64,135 persuna.”

Kevin jikteb anke dwar is-soluzzjoni għal dan u kif il-gżejjer Maltin ma jibqgħux jiddependu mill-migrazzjoni ekonomika. “Jeħtieġ isir studju estensiv u fid-dettal dwar għaliex koppji żgħażagħ Maltin u Għawdxin f’pajjiżna qed jagħżlu li jkollhom anqas tfal. L-istat Malti għandu joħloq aktar inċentivi u għajnunijiet sabiex bihom iħajjar u jinċentiva koppji żgħażagħ Maltin u Għawdxin jkollhom it-tfal. B’dan il-mod ir-rata tat-twelid fost il-Maltin u l-Għawdxin tibda tikber gradwalment. Fid-dawl ta’ dan kollu xorta waħda huwa vitali li jsir studju xjentifiku tal-popolazzjoni Maltija biex naraw kemm il-gżejjer tagħna jifilħu bħala popolazzjoni. Permezz ta’ dan l-istudju l-popolazzjoni tkun tista’ tikber b’mod aktar sostenibbli u n-nies f’pajjiżna jgħixu kwalità ta’ ħajja aħjar”



gf



X’taħseb dwar dan?



Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI