L-artista Stephanie Borg magħrufa għad-disinni sbieħ tipikament Maltin tinsab urtata. Lil Stephanie abli rajt ix-xogħol tagħha waqt il-finali ta’ X Factor Malta.
Fuq il-paġna tagħha fejn taqsam ix-xogħol artistiku tagħha kitbet, “Le mhux ok li tieħu l-ideat tal-oħrajn… li tikkopja u tuża disinji mingħajr kunsens kummerċjali”. Għandha raġun! Hawn ħafna li minflok jgħinu l-artisti Maltin, ikisruhom billi jimitawhom. Din hija xi ħaġa bla rispett li tkisser artisti li jkunu qedgħin jagħmlu isem fuq xi ħaġa oriġinali li jkunu vvintaw.
Sapport sħiħ lill-artista Stephanie Borg!