25 Voluntier Se Jimxu L-Camino De Santiago B’Risq Il-Fondazzjoni Sebħ

Il-ġimgħa d-dieħla, 25 voluntier se jagħmlu pellegrinaġġ bl-isem ta’ Camino de Santiago ġewwa Spanja sabiex jiġbru donazzjonijiet b’risq l-Fondazzjoni Sebħ. Dawn id-donazzjonijiet se jgħinu sabiex jinfetaħ ċentru terapewtiku f’Santa Venera. F’dan iċ-ċentru se jilqa’ tfal, adolexxenti u nisa li jgħixu f’residenzi oħrajn ta;-fondazzjoni.

Il-25 voluntier se jagħmlu dan il-vjaġġ twil 265km fl-10 ta’ Settembru ġewwa Spanja. Dawn il-voluntiera li huma parti mill-grupp Caminiamo, se jdumu għaxart ijiem f’dan il-pellegrinaġġ u jintemm fil-Katidral ta’ SAn Ġakbu f’Galizja, Spanja.

Min jixtieq jagħmel donazzjoni jista’ jċempel fuq 22470900 jew bank transfer fuq dawn id-dettalji:

ʙᴀɴ ᴀᴄᴄᴏᴜɴ ɴᴀᴍᴇ : Fondazzjoni Sebħ Donations

ʙʀɴʜ ʟᴏᴄᴀʟɪʏ : ʙɪʀɪʀᴋᴀʀ

ɪʙᴀɴ : ᴍᴛ94ᴘSʙ77046002155512155530019

ʙɪ : ᴘSʙᴍᴛᴍᴛ

Archdiocese of Malta







Ixxerja

STEJJER OĦRA

AQRA IKTAR



PARTNERS UFFIĊJALI